Fi stqarrija konġunta l-għaqdiet Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta u r-Ramblers Malta esprimew tħassib għal fatt li filwaqt li l-Prim Ministru ħabbar li huwa possibli li l-Universita’ Amerikana ta’ Maltassir f’sit differenti r-rappreżentant legali tal-investitur Ġordaniż ċaħad dan. L-għaqdiet qalu li huma kienu ressqu numru ta’ suġġerimenti lil Prim Ministru bħala siti alternattivi iżda minn naħa tiegħu l-Prim Ministru kien sab problemi f’dawn is-suġġertimenti. L-għaqdiet saħqu li kienet it-tama tagħhom li dawn ma’ kienux biss skużi sabiex jaħbu l-fatt li diġa ntlaħaq ftehim dwar iż-Żonqor.
Martin Galea De Giovanni f’isem Friends of the Earth Malta saħaq li l-Forti Santu Rokku, l-Forti San Salvatore u l-Forti Ricasoli huma kollha siti tajbin u adegwati. Ingram Bondin f’isem ir-Ramblers Association qal li r-restawrar ta’ dawn is-siti jgħolli l-valur kulturali u storiku ta’ Malta filwaqt li b’hekk tiġi evitata d-distruzzjoni ta’ aktar spazji naturali.
Minn naħa tagħha Astrid Vella f’isem l-FAA qalet li din mhijiex l-unika thedida li hemm u qalet li applikazzjoni għal bini ta’ skejjel f’Ħal Għaxaq ukoll ser twassal sabiex żona ta’ 77,000 metru kwardu ta’ art agrikola tinqered.
//= $special ?>