IL-ĠURNALI LLUM IS-SIBT 23 TA’ MEJJU 2015
IN-NAZZJON titkellem dwar il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li fetaħ il-bieraħ bit-tema ‘Inkomplu Nagħmlu Differenza’. Dwar il-Kunsill Ġenerali hemm rapport estensiv fil-paġni ta’ ġewwa ta’ l-istess ġurnal. Titkellem ukoll dwar in-nominazzjoni ta’ Mons. Mario Roberto Cassari bħala n-Nunzu ġdid għal Malta maħtur minn Papa Franġisku.
THE MALTA INDEPENDENT fil-faċċata tirraporta kif il-bdiewa fl-nħawi ta’ Żonqor huma maqgħuda fl-oppożizzjoni tagħhom għal proġett ta’ l-hekk msejħa Universita’ Amerikana ta’ Malta.
Il-ġurnal tal-GWU L-ORIZZONT minn naħa l-oħra wkoll jitkellem dwar il-ħatra tan-Nunzju l-ġdid. Ikomplu wkoll bir-rapporti dwar l-isptar Mater Dei bil-ġurnal jagħmel żewġ stejjer fil-faċċata dwar din il-materja.
THE TIMES titfa l-attenzjoni tagħha fuq l-allegat każ ta’ match-fixing u tkompli tikxef aktar dettalji dwar dan il-każ. Tgħid ukoll fi storja oħra li l-maġġoranza tan-nies f’Malta mhumiex konvinti li l-pajjiż għandu l-abilita’ li jiffaċja xi sitwazzjoni ta’ diżastru.
//= $special ?>