In-nies jinsabu mbeżża’. Il-Moviment tal-Ħaddiema qed iwerwer lin-nies.
Kliem id-Deputat tal-Gvern Laburista stess, Marlene Farrugia, hekk kif waqt il-programm Xarabank tal-Ġimgħa filgħaxija sar magħruf li xi bdiewa li għandhom isimhom imniżżel fuq petizzjoni li qed jiġbru dawk li għandhom l-għelieqi fiż-Żonqor, marru jneħħu isimhom frott il-biża’.
Saħansitra saħqet li l-Moviment tal-Ħaddiema qed jaħdem minn wara dahar l-istess ħaddiema li suppost l-istess Gvern qed jipproteġi hekk kif l-istess bdiewa li tkellmu waqt il-programm Xarabank iddeskrivew ruħom bħala dispjaċuti għaliex minkejja li se jitteħdulhom l-għelieqi li jaħdmu, huma ma kienu jafu xejn qabel l-istorja ħarġet fil-pubbliku.
Filwaqt li faħħret lil dawk li qed jitkellmu biex jipproteġu l-ambjent f’Malta, Marlene Farrugia qalet li taħt dan il-Gvern in-nies qed jibżaw jitkellmu u jgħidu dak li verament iħossu meta din il-leġiżlatura għadha tibda u dan il-Gvern ta ħafna positions of trust.
//= $special ?>