“Ma flaħtx aktar nmexxi Kunsill għal sentejn sħaħ bla finanzi”. Kien b’dan il-kliem li permezz ta’ messaġġ fuq Facebook is-Sindku Laburista ta’ Ħal Tarxien Joseph Abela ħabbar li l-Ġimgħa kien formalment irriżenja mill-kariga ta’ Sindku ta’ Ħal Tarxien, lokalita’ fejn il-Partit Laburista jgawdi maġġoranza.
Abela fil-messaġġ tiegħu saħaq ukoll li tul it-tmexxija tiegħu tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien kien sab tfixkil intern. Xi ħaġa li anke bosta residenti li kitbu fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Abela tkellmu dwaru fejn ir-residenti tkellmu dwar kritika distruttiva li saret b’mod persistenti kontra s-Sindku Laburista.
Joseph Abela kellu wkoll kliem ta’ kritika għad-dipartiment tal-Kunsilli Lokali fejn tkellem dwar il-pressjoni sabiex il-kunsill ma’ jonfoq xejn. F’kummenti lil dan l-istazzjon Abela spjega li l-Kunsill kien saħansitra irċieva ittra mid-dipartiment b’avviż ċar sabiex ma’ jonfoq xejn. Dan kien fattur ieħor li wassal għad-deċiżjoni ta’ Abela li jirriżenja mill-kariga ta’ Sindku.
Il-kwistjoni ta’ nuqqas ta’ finanzi qed tinħass fil-Kunsilli Lokali kollha… hekk kif il-Gvern naqqas il-finanzi għal dawn l-entitajiet.
//= $special ?>