Lokali

Karozza tal-linja tagħlaq triq fiż-Żurrieq

Karozza tal-linja waqqfet f’nofs triq, fid-dawra li tagħti minn Wied iż-Żurrieq lejn iċ-ċentru taż-Żurrieq.

Riżultat ta’ dan, it-traffiku qed ikollu jgħaddi mil-lane opposta, b’riskju li jkun hemm inċident bejn il-vetturi li huma għaddejjin minn direzzjonijiet opposti.

Għadu mhux magħruf x’wassal għal din il-problema.