Futbol Sport

Konsorzji Maltin u barranin interessati li jmexxu lil Pembroke Athleta

Il-promozzjoni lejn il-Kampjonat Premier għal Pembroke Athleta ġabet magħha numru kbir ta’ opportunitajiet għall-klabb, tant li Replay hu nfurmat li għaddejjin diskussjonijiet ma’ numru ta’ investituri li jridu jiggwidaw lill-klabb.

Fost l-oħrajn hemm iċ-ċans li l-klabb jitmexxa minn konsorzju ta’ Maltin, li fosthom hemm persuni rinomati fix-xena tal-futbol lokali u li fil-passat kienu nvoluti fi klabbs tal-Kampjonat Premier.

Madankollu hemm ukoll tliet gruppi ta’ investituri barranin li ressqu l-proposti tagħhom lill-klabb u qed ikunu kkunsidrati.

Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin u l-klabb qed jevalwa kull proposta li għandu, fejn anke’ qed jieħu pariri legali.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).