Internazzjonali Knisja

L-Arċisqof Oscar Romero illum isir beatu

L-Arċisqof tal-El Salvador, Oscar Romero, illum ikun iddikjarat beatu f’pass importanti min-naħa tal-Knisja li jikkonferma s-sinifikat ta’ dan l-Arċisqof li fl-1980 spiċċa maqtul minn sniper waqt li kien qed jiċċelebra l-quddies ġo kappella ta’ sptar f’pajjiżu.

L-assassinar ta’ Romero seħħ fil-bidu tal-gwerra ċivili tal-El Salvador, b’dan il-konflitt idum għaddej sal-1992 meta l-Gvern tal-lemin kien iffirma ftehim għal paċi mal-gwerrillieri tax-xellug tal-grupp Farabundo.

Romero kien anki personalita kontroversjali li ma baqa lura qatt milli jiddefendi lill-foqra u n-nies oppressati. Intant, mistenni li aktar minn 285,000 devot jattendu ċ-ċerimonja tal-beatifikazzjoni tal-Arċisċof fil-pjazza ewlenija ta’ San Salvador u li titmexxa mill-Kardinal Angelo Amato bħala r-rappreżentant tal-Papa Franġisku.