Ix-shooting range mhux se taffettwa d-Dar tal-Irtiri tal-Ġiżwiti b’xi mod negattiv. Hekk saħqet fi stqarrija l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, FKNK.
Fl-istqarrija l-FKNK qalet li hija favur il-bini ta’ Target Shooting Range ta’ livell internazzjonali f’Tal Busbesija fil-limiti tal-Mosta fejn sostniet li din kienet imwiegħda u mistennija għal żmien twil.
Fl-istqarrija l-FKNK semmiet kif ħafna mill-membri tagħha jipprattikaw ukoll diversi dixxiplini ta’ sparar fuq plattini.
.