Internazzjonali

L-Irlanda tapprova ż-żwieġ bejn nies tal-istess sess wara referendum storiku

Ir-Repubblika tal-Irlanda saret l-ewwel pajjiż li illegalizza ż-żwieġ għal persuni tal-istess sess permezz ta’ vot popolari.

Dan wara referendum storiku fejn ‘il fuq minn 3.2 miljuni kienu mitluba japprovaw jew jiċħdu l-emendi għall-Kostituzzjoni tal-Irlanda li jippermettu ż-żwieġ bejn il-koppji omosesswali.

L-elementi li mexxew il-kampanja ‘le’ ammettew telfa sigħat qabel ħareġ ir-riżultat u meta l-osservaturi rrappurtaw li l-konkorrenza tal-votanti fir-referendum kienet waħda ‘qawwija’. Jidher li f’Dublin, il-kapitali Irlandiża, kien hemm ‘valanga tal-voti’ favur l-emendi, waqt li l-Ministru tas-Saħħa Irlandiż, Leo Varadkar, fisser il-kampanja għall-vot ‘iva’ bħala simili għal rivoluzzjoni soċjali.

F’dan ir-referendum setgħu jivvutaw biss il-votanti rreġistrati u r-residenti tal-Irlanda.

L-aħħar rapporti qalu li l-konkorrenza qawwija tal-votanti kienet irreġistrata fir-reġjuni kollha tal-Irlanda, inklużi dawk urbani. L-espressjoni pubblika favur iż-żwieġ bejn membri tal-istess sess kien influwenzat ħafna anki mill-vot taż-żgħażagħ u l-immigranti li rritornaw l-Irlanda.