L-awtoritajiet tas-Sirja qalu li l-ġiħadisti tal-ISIS daħlu fil-mużew tal-belt antika ta’ Palmyra qabel sakkruh u qiegħdu l-gwardjani mal-bibien tiegħu.
Id-direttur Sirjan għall-antikitajiet, Mamoun Abdulkarim, qal dan waqt konferenza f’Damasku fejn ikkonferma li l-ISIS tellgħu l-bandiera sewda fuq iċ-ċittadella antika ta’ Palmyra li qed tħares fuq uħud mill-aktar fdalijiet importanti mill-era tal-Griegi u r-Rumani.
L-UNESCO ddikjarat il-belt ta’ Palmyra, li waqgħet f’idejn l-ISIS xi jiem ilu, bħala sit tal-patrimonju dinji; b’Abdulkarim, fl-aħħar sigħat, jikkonferma l-qerda ta’ xi statwetti ‘moderni’ mill-ġiħadisti fiz-zona. Hu iżda ma rrappurtax dwar ħsarat speċifiċi lill-antikitajiet fil-mużew partikolari. Dan meta ħafna mill-antikitajiet laħqu kienu ttrasferiti għal postijiet tas-sigurta f’Damasku u waqt li l-ISIS kienu għadhom qed javviċinaw l-inħawi ta’ Palmyra.
//= $special ?>