Futbol Lokali Sport

Logħba b’risq il-Caritas fil-Victor Tedesco Stadium

Divertiment, gowls u rebħa għar-residenti u staff tal-Caritas f’logħba kontra l-VIPs li saret fil-Victor Tedesco Stadium tal-Ħamrun.

Imma fuq kollox l-ikbar rebħa għall-Caritas hi li bl-esperjenzi li jgħaddu minnhom ir-residenti u dawk li msisew mad-droga, iwasslu messaġġ li jħalli l-frott.

Ħadu sehem ukoll numru ta’ eks plejers Sean Sullivan, Noel Turner, Carmel “Buzu” busuttil, Ernest Berry, Stefan Sultana, Joe Brincat, David Carabott u John Buttigieg.

Huma kienu mmexxija mill-kowċis Jesmond Zammit, Jacques Scerri, Nardu Farrugia u Matthew Gauci.

Mal-eks plejers ingħaqdu wkoll numru ta’ politiċi u personalitajiet.

Minbarra l-vittmi tad-droga, il-Caritas tgħin u taħdem ukoll mal-familji tal-vittmi tad-droga li wkoll isofru mir-riperkussjonijiet li jġib miegħu dan il-vizzju.