Mara Ġermaniża ta’ 65 sena welldet erbat itrabi, jew quadruplets, wara li għaddiet minn proċedura artifiċjali ġo sptar ta’ Berlin, fil-Ġermanja.
Ir-rapporti qalu li Annegret Raunigk welldet tlett subien u tifla b’ċesarja. Minkejja li t-twelid kien prematur, it-tobba qalu li t-trabi ‘għandhom ċans tajjeb li jgħixu’.
Intant, Raunigk – li għandha diġa tlettax il-ulied u seba’ neputijiet – hi l-aktar mara anzjana tad-dinja li qatt welldet il-quadruplets.
Raunigk, li tgħix waħeda, kienet iddeċidiet li tipprova għal tarbija oħra meta l-iżgħar fost uliedha ( ta’ għaxar snin) qaltilha li ‘riedet li jkollha ħuha jew oħtha iżgħar minnha’.
Madankollu, il-perijodu tat-tqala tal-omm – li rriżulta minn trattament għall-fertilita fl-Ukrajna – kien anki suġġett għal dibattitu aħrax u mhux ftit tal-kritika, fil-Ġermanja.
//= $special ?>