Żewġt irġiel, missier u iben, sofrew xi ġrieħi meta għall-ħabta tas-13:30 seħħ inċident f’garaxx fi Triq is-Siġġiewi fil-Qrendi. L-irġiel huma t-tnejn li huma mill-Imqabba, bil-missier għandu 60 sena u l-iben għandu 28 sena.
Sfortunatament, l-iben jinsab f’kundizzjoni kritika.
Jirriżulta li l-inċident involva apparat li jintuża għal welding, bi splużjoni tinstema’ mill-viċinanzi, u bl-irġiel iġarrbu diversi ħruq f’ġisimhom.
Fuq il-post waslet ukoll ambulanza li ħadet lill-irġiel lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Waslu wkoll uffiċjali mill-korp tal-Pulizija, li fetħet inkjesta maġisterjali.
//= $special ?>