Tfajla ta’ 21 sena, residenti Ħ’Attard kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Mosta f’Ħal Lija dalgħodu għal ħabta tas-sitta neqsin għoxrin.
It-tfajla li kienet qegħda isuq Ford Ka fid-direzzjoni tal-Mosta għal xi raġuni tilfet il-kontroll u daħlet ġo ħajt fuq in-naħa l-oħra tat-triq. Hija tieħdet l-isptar Mater Dei fejn ġiet ċertifikata li qegħda ssofri minn grieħi gravi iżda mhijiex fil-periklu tal-mewt.
Il-pulizija qegħda tinvestiga l-inċident.
//= $special ?>
