Fl-Iraq, it-truppi tal-Gvern u l-milizzji Xiti alleati bdew offensiva kontra l-militanti tal-ISIS qrib il-belt strateġika ta’ Ramadi li ġimgħa ilu kienet waqgħet f’idejn il-militanti.
L-azzjoni kkonċentrat fuq il-belt ta’ Husaybah, lejn il-Lvant ta’ Ramadi, bil-militanti tal-ISIS joħorġu miz-zoni li qed jokkupaw biex jikkonfrontaw lill-militar. Kelliema għall-Gvern Iraqi ikkonfermaw il-bidu tal-azzjoni militari biex jilliberaw Ramadi mill-ISIS fejn, fl-aħħar jiem, sfaw maqtula l-mijiet tan-nies, inklużi ċivili. Mifhum ukoll li madwar terz tar-residenti ta’ Ramadi kellhom jaħarbu minn djarhom f’dawn iċ-ċirkostanzi perikolużi għall-aħħar.
//= $special ?>