Żewġt irġiel ta’ nazzjonalita’ barranija tilfu ħajjithom iktar kmieni wara nofsinhar waqt li kienu qed jgħumu fi Blue Lagoon. Il-Forzi Armati ta’ Malta ġew infurmati bil-każ, u marru immedjatament fuq il-post.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30pm, waqt li l-irġiel kienu qed jgħumu u għal xi raġuni sabu xi diffikulta’ fl-għawm. Persuni viċin tagħhom pruvaw joffrulhom l-ewwel għajnuna iżda l-isforzi tagħhom kienu ta’ xejn.
Wieħed mill-irġiel ittieħed lejn il-Port tal-Imġarr b’dgħajsa privata iżda ġie ċċertifikat mejjet fit-triq. Ir-raġel l-ieħor ittieħed fil-ħelikopter tal-Forzi Armati iżda ġie ċċertifikat mejjet fil-post.
L-investigazzjonijiet jinsabu għaddejjin.