Lokali

Amber tasal lura Malta

Il-kantanta Maltija Amber waslet lura f’pajjiżna minn Vjenna wara li lbieraħ intemm il-Eurovision Song Contest.

Amber irrappreżentat lil Malta bil-kanzunetta ‘Warrior’ fit-tieni semi-finali tal-Eurovision li sar nhar il-Ħamis li għadda. Hi klassifikat fil-11-il post b’43 punt. Dan fisser li Malta ma kwalifikatx għall-finali.

Fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta Amber intlaqgħet mill-familjari tagħha, kif ukoll membri tal-midja li ħadu l-ewwel kummenti tagħha mal-wasla tagħha.

F’kummenti li tat lil MaltaRightNow.com, Amber qalet li dan il-festival għandu jibqa’ jservi ta’ pjattaforma għall-kantanti Maltin biex jikbru fit-talent mużikali tagħhom; festival li jilħaq miljuni ta’ persuni madwar id-dinja.

Is-sittin edizzjoni tal-Eurovision Song Contest intrebaħ mill-Isvezja permezz tal-kanzunetta ‘Heroes’.