Ajruplani tal-Gvern Libjan bażat Tobruk attakkaw tanker taż-żejt barra f’Sirte u fl-attakk żewġ persuni ndarbu.
Skont uffiċjali f’Tobruk, l-ajruplani Libjani wissew lill-vapur biex idawwar ir-rotta imma injora t-twissijiet u kien attakkat. Skont uffiċjali f’Tobruk, abbord it-tanker kien hemm armi u ġellieda imma uffiċjali fl-industrja taż-żejt qalu li l-vapur fil-fatt kien qed iġorr 25,000 tunellata ta’ żejt u l-vapur kien identitikat bħala l-‘Anwar Afriqya’.
Ftit ta’ ġranet ilu kien hemm bastiment Tork li wkoll kien attakkat barra l-kosta Libjana.