Sport

Bidu tajjeb għal Federer

It-tennista numru 2 fid-dinja Roger Federer għadda għat-tieni round tal-Open ta’ Franza meta rebaħ 6-3, 6-3, 6-4 fuq il-Kolombjan Alejandro Falla f’Pariġi.

L-Iżvizzeru rebbieħ ta’ 17-il grand slam wera titjib aktar ma beda għaddej il-ħin imma rebaħ biss erbgħa minn 16-il break point.

F’partita oħra s-seed nru 8 Stan Wawrinka ġab fix-xejn lit-Tork Marsel Ilhan 6-3, 6-2, 6-3 waqt li kien hemm rebħiet ukoll għaċ-Ċiprijott Baghdatis, Il-Ġermaniż Koehlschreiber u l-benjamin lokali Jo Wilfred Tsonga.

Fil-kategorija tan-nisa s-seed nru 3 Simona Halep kellha titħabat biex issuperat 7-5, 6-4 lir-Russa Evgeniya Rodina li ma kinitx seeded.

Is-Serba Ana Ivanovic, seed nru 7 kellha bżonn tliet sets biex eliminat lil Shvedova tal-Kazakhstan.
Rebħu wkoll it-Taljana Penetta, ċ-Ċiniża Peng, l-Ispanjola Miguruza Blanco u r-Russa Makarova.