Lokali

Chris Said jagħmel l-aħħar diskors bħala Segretarju Ġenerali tal-PN

Waqt il-Kunsill Ġenerali tkellem wkoll is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said li fl-aħħar diskors tiegħu bħala Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, ddeskriva l-Partit bħala partit li qed jiġġedded u jissaħħaħ. Tkellem dwar fejn il-Partit Nazzjonalista jrid jasal ‘il quddiem.

Chris Said qal li sentejn ilu kien imsejjaħ biex iservi l-Partit fl-aktar mument li kellu bżonn, bħala Segretarju Ġenerali, filwaqt li spjega li peress li s-sehem tiegħu fil-politika dejjem kien biex iservi, issa, l-Partit Nazzjonalista għandu bżonn il-ħidma tiegħu f’Ghawdex.

Chris Said temm jgħid li n-nies jibqgħu s-sors tal-motivazzjoni u l-enerġija tal-Partit Nazzjonalista.

Simon Busuttil Chris Said