Aktar kmieni din il-ġimgħa fil-Parlament kien żvelat li ċ-Chairman tal-MCST Jeffrey Pullicino Orlando kellu pakketta finanzjarju ta’ kważi €60,000.
Iżda fil-Parlament ma ntqalx li Jeffrey Pullicino Orlando f’din il-kariga jagħmel biss ġurnata waħda fil-ġimgħa fl-uffiċċju tiegħu f’Bigi fil-Kalkara.
Dan kien żvelat f’The Sunday Times, fejn f’eżerċizzju li għamlet, meta ġurnalist ċempel bħala klijent isaqsi għall Jeffrey Pullicino Orlando, weġbitu r-receptionist li qaltlu li Jeffrey Pullicino Orlando ikun biss darba fil-ġimgħa fl-uffiċju tiegħu – kull nhar ta’ Erbgħa.
Qaltlu wkoll li jekk irid seta’ jċempillu fil-klinika privata tiegħu f’Ħaż Żebbuġ. Meta l-ġurnalist saqsa meta jkun fil-klinika Jeffrey Pullicino Orlando, sar jaf li hu jkun fiha filgħodu kuljum mit-Tnejn sas-Sibt minbarra l-Erbgħa.
Qalulu wkoll li fil-klinika jservi wkoll filgħaxija kull nhar ta’ Tlieta u kull nhar ta’ Ħamis.
//= $special ?>