Aġġornata b’filmat
“Il-futur tal-PN irid ikun l-ambjent.” Kien dan il-messaġġ ewlieni tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil meta kien qed jagħlaq il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista bit-tema ‘Inkomplu Nagħmlu d-Differenza’.
Il-proġett tal-Universita’ fuq art ODZ fiż-Żonqor kien fiċ-ċentru tad-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista li saħaq li dan il-proġett iġib miegħu mistoqsijiet ta’ natura ambjentali u edukattiva u jxejjen il-wegħda tat-trasparenza.
Simon Busuttil fakkar li Joseph Muscat ħareġ avviż legali li fih baxxa l-kriterji biex istituzzjoni ssir universita’ u appella lil kulħadd biex jiddefendi l-istandards edukattivi ta’ pajjiżna. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li Joseph Muscat ftiehem bil-moħbi ma’ persuna li għażel hu u tah l-art li ried hu bil-MEPA tagħżel l-art minflok ma pproteġiet l-art ODZ.
Simon Busuttil fakkar li permezz ta’ dan il-proġett Joseph Muscat irnexxielu jdawwar moviment sħiħ ta’ nies kontrih u appella lil Joseph Muscat biex ma jibqax iwebbes rasu fuq dan il-proġett. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dan il-proġett kixef il-gideb u l-ingann ta’ Joseph Muscat li qed ibigħ kollox ghall-voti.
Agħfas hawn għad-diskors tal-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario de Marco.
Agħfas hawn għad-diskors tal-kantant Gianluca Bezzina, mistieden fil-Kunsill Ġenerali.
Agħfas hawn għad-diskors tal-MEP Nazzjonalista David Casa.
Agħhas hawn għad-diskors tal-President tal-Kunsill Studenti Universitarju (KSU) Gayle Lynn Callus waqt il-Kunsill Ġenerali.
Agħfas hawn għad-diskors tas-Segretarju Ġenerali tal-PN Chris Said.
Il-Kunsill Ġenerali beda l-Ġimgħa, meta kien hemm l-elezzjoni tat-18 il-membru ġdid tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista fejn kienu eletti disa’ rġiel u disa’ nisa.
L-irġiel eletti kienu: Jean Pierre Debono, Alex Perici Calascione, Karol Aquilina, Trevor Degiorgio, Hermann Schiavone, Mark Anthony Sammut, Kevin Mizzi, Marco Spiteri u Alexis Callus.
In-nisa eletti kienu: Ann Fenech, Rosette Thake, Graziella Galea, Amanda Abela, Caroline Galea, Evelyn Vella Brincat, Veronica Perici Calascione, Francesca Zammit u Stefania Pirotta.
Kien hemm ukoll il-konferma ta’ Paula Mifsud Bonnici bħala President tal-Kunsill Ġenerali fejn din kisbet il-fiduċja ta’ aktar minn 93% tal-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>