Bejn is-27 u l-31 ta’ Mejju f’Malta se jsir il-Euro Lawyers Tournament li se jlaqqa’ f’Malta bejn 700 u 800 avukat minn madwar id-dinja.
Din hi t-tieni darba li se jsir dan it-turnew li hu meqjus bħala wieħed prestiġġjuż ħafna.
Il-kompetizzjoni tinqasam fuq tliet turnej: Classic 11 a side, Masters (iktar minn 35 sena) u għall-ewwel darba anke’ 5-a-side.
Malta se tieħu sehem b’żewġ skwadri – 11-a-side u 5-a-side li se jkun immexxi mill-eks kowċ ta’ Msida St. Joseph Zvezdan Vukovic.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).


