IL-MUMENT b’numru ta’ rapporti fil-faċċata fosthom it-twaqqif tal-Front Ħarsien ODZ. Storja oħra dwar il-mod kif il-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat ħareġ passaport diplomatiku lil Cyrus Engerer.
THE MALTA INDEPENDENT b’rapport dwar l-Universita’ Amerikana fiż-Żonqor li mistennija tkun tinkludi 5 kulleġġi bil-binijiet kollha ta’ tlett sulari. The Malta Independent tirrapporta wkoll lill-investitur jikkontradixxi lill-Prim Ministru u jgħid li se jkun hemm kampus wieħed tal-Universita’. The Malta Independent b’rapport ukoll li Rosette Thake se tkun qed tikkontesta l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-PN.
IL-KULLĦADD b’rapport intitolat ‘ODZ mitluf bla bżonn’ f’rapport li skont il-Kullħadd fl-2006, il-kabinet kien ħa deċiżjoni li jnaqqas l-ispazju ODZ.
TIMES OF MALTA b’ritratt mill-inċident fatali li seħħ ilbeiraħ f’Kemuna fejn żewġ persuni mietu traġikament wara li sabu diffikulta’ fl-għawm. Rapport ieħor dwar kif Jeffrey Pullicino Orlando, li jaqla’ madwar €60,000 bħala Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, imur l-uffiċju tiegħu darba f’ġimgħa biss.
MALTATODAY b’rapport li l-kuntratt tal-bini ta’ Mater Dei jinkludi rinzunja f’każ li l-Gvern ikun irid ifittex lil din il-kumpanija għad-danni.
ILLUM b’rapport intitolat ‘L-imqarba tal-Partit Laburista tgħid magħha’, b’referenza għad-deputat Laburista Marlene Farrugia. Rapport ieħor dwar l-isptar Mater u r-rapport li ARUP ħejjew dwar il-konkrit tal-isptar Mater Dei.
//= $special ?>
