Lokali

“Il-missjoni tal-PN dejjem kienet favur poplu u pajjiż wieħed” – Mario de Marco

“Din is-sena l-Partit Nazzjonalista jagħlaq 135 sena mit-twaqqif tiegħu. Partit li f’dawn is-snin kollha dejjem kellu missjoni waħda – ta’ poplu u pajjiż wieħed.”

Dan kien kliem il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Parlament Mario De Marco fid-diskors tiegħu waqt il-Kunsill Ġenerali bit-tema ‘Inkomplu Nagħmlu Differenza’.

Mario De Marco qal li l-Partit Nazzjonalista u l-politika tiegħu ma temminx fil-klassijiet soċjali imma hu Partit mibni mill-poplu għas-servizz tal-poplu. De Marco qal li wara 135 sena ta’ storja politika l-Partit Nazzjoanlista mhux se jaqta’ qalbu għall-isfidi tal-lum. Il-Partit Nazzjonalista għadu relevanti għall-politika ta’ llum għaliex kellu viżjoni li kienet il-viżjoni tan-nies, tal-familji, taż-żgħażagħ, tal-anzjani, tan-negozjnati, tal-ħaddiema.

Mario De Marco spjega kif il-Partit Nazzjonalista għandu l-aspirazzjonijiet tiegħu bl-isfidi ta’ llum li jiġru minn dak li jiġri f’pajjiżi oħrajn. Imma preżentament l-isfidi f’pajjiżna qed niffaċjawhom minħabba dak li qed joħloq il-Gvern Laburista billi qed jikser kull wegħda li għamel għaliex hu Gvern li għama meta ra l-poter.

Il-Viċi Kap tkellem wkoll dwar il-kontroversja fuq il-proġett li l-Gvern irid jagħmel fiż-Żonqor minkejja l-wegħda tiegħu qabel l-elezzjoni ġenerali li jħares l-ambjent naturali. Kwistjoni li biha l-Gvern irnexxielu jgħaqqad moviment sħiħ kontrih għall-ħarsien tal-ODZ.

Mario De Marco qal li rridu nfemu l-poplu li mal-Partit Nazzjonalista taf fejn qiegħed u jrid ikun dak il-partit li jagħti viżjoni ta’ fejn irridu nkunu fil-futur, mhux biss fejn irridu nkunu sena jew sentejn oħra imma għaxar snin jew għoxrin sena oħra.

De Marco fid-diskors tiegħu semma d-diversi skandli ta’ Gvern Laburista, fi żmien sentejn minn mindu tela’ fil-Gvern, bħall-iskandlu tal-Cafe’ Premier u qal li r-risposta tal-Partit Nazzjoanlsita għall-iskandli kollha tal-Gvern Laburista se tkun li niddefendu l-interess tan-nies billi l-partit iħalli lin-nies jjipperswadih fit-triq li jrid jimxi biex il-Partit Nazzjonalista jkun il-partit ta’ pajjiż u poplu wieħed. Għalhekk il-Partit Nazzjonalista dejjem emmen f’nazzjon wieħed.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalsita rringrazzja lis-Segretarju preżenti Chris Said li issa fuq talba tal-Kap tal-Partit Simon Busuttil se jiffoka l-ħidma tiegħu fuq Għawdex. Mario De Marco rringrazzja lil Chris Said talli bil-ħidma tiegħu għen biex il-partit jerġa jqum fuq saqajh.