L-eks kowċ ta’ Qormi F.C. Josef Mansueto jista’ jifforma parti mill-istaff tekniku ta’ Birkirkara, bl-impenn tiegħu x’aktarx ikun fl-akkademja tal-klabb.
Dan hekk kif Replay hu nfurmat li Mansueto deher dieħel għal laqgħat mal-President tal-klabb Joseph Zammit fl-Infetti, fejn iż-żewġ partijiet tkellmu dwar ir-rwol li jista’ jkollu Manuseto.
Deċiżjoni miż-żewġ partijiet mistennija tittieħed fil-jiem li ġejjin.
Qabel l-esperjenza tiegħu bħala kowċ fil-Kampjonat Premier ma’ Qormi, Mansueto kien ukoll kowċ fiċ-Ċentru Tekniku tal-MFA u attenda għal diversi courses tal-UEFA, b’mod speċjali fejn jidħol ix-xogħol fost iż-żgħażagħ.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

