Il-Partit Nazzjonalista sostna li dwar il-każ tal-konkos tal-isptar Mater Dei u l-waiver li l-Prim Ministru Joseph Muscat qed jitkellem dwarha, l-istess Prim Ministru għandu jieħu l-parir ta’ John Dalli li kien il-Ministru tas-Saħħa fl-2009 u llum hu konsulent tal-istess Prim Ministru.
Din id-dikjarazzjoni l-Partit Nazzjonalista għamilha b’riferenza għal intervista li l-Prim Ministru kellu fuq l-istazzjon Laburista li fiha tkellem dwar il-każ tal-konkos fl-isptar Mater Dei u qal li l-Gvern kien talab laqgħa ma’ Skanska u qed jistħarreġ kif kienet saret waiver li permezz tagħha Skanska jistgħu ma jġorrux ir-responsabbilta tax-xogħlijiet tal-konkos fl-isptar Mater Dei.
Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru ma semmiex kumpaniji li pprovdew il-konkos iżda semma biss lil Skanska. Hu qal li l-Imħallef Sciberras għandu jitħalla fis-serenita’ biex jikkonkludi l-inkjetsa tiegħu dwar id-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei.
Dwar il-proġett tal-Università ġdida f’Marsacala, il-Prim Ministru baqa jippersisti li jmiss iż-Żonqor fejn qal li l-Gvern qed jikkunsidra li parti mill-Università ssir f’Żonqor Point u parti oħra ssir f’wieħed mill-postijiet li qed isemmu l-għaqdiet ambjentali.
//= $special ?>