L-attur Eġizzjan Omar Sharif jinsab marid bil-marda tal-Alzheimer’s. Dan qalu ibnu Tarek El-Sharif f’kummenti lill-ġurnal Spanjol ‘el Mundo’.
Omar Sharif, li għandu 83 sena, kien kiseb fama internazzjonali b’films bħal “Lawrence of Arabia” u “Doctor Zhivago” u bħalissa qed jgħix fil-lukanda lussuża El Gouna fl-Eġittu. Ibnu qal li mhux magħruf f’liema stadju tinstab il-marda imma li kien żgur kien li ma kienx se jaqleb għall-aħjar.
Ismu propja hu Michel Demitri Chalhoub u tul il-karriera tiegħu ħadem f’aktar minn 100 film imma oriġinarjament kien gradwat fil-matematika mill-Università tal-Kajr.
Omar Sharif għandu l-Alzeihmer’s
