Futbol Sport

Birkirkara F.C. mistennija jeleġġu President ġdid

Wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Birkirkara, li se ssir nhar il-Ħamis li ġej, Birkirkara se jkollhom president ġdid hekk kif il-President attwali Joseph Zammit ħabbar li mhux se jippreżenta n-nomina tiegħu.

Zammit kien ħa l-kariga fit-tmexxija tal-klabb Karkariż f’Ġunju tal-2011 wara Karm Galea, li kien ilu fil-Presidenza għaż-żewġ staġuni ta’ qabel.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).