Sapporter ta’ Birkirkara ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €2,500, filwaqt li ma jistax jersaq lejn l-ebda grawnd tal-futbol wara li l-Maġistrat Giovanni Grixti sabu ħati li waddab inflatable banana lejn partitarji ta’ Hibernians fil-Finali tal-FA Trophy.
Dan il-ġest wassal biex partitarji ta’ Hibernians qabżu fil-grawnd b’ritaljazzjoni u nqalgħet ġlieda.
Il-partitarju, li għandu 32 sena, kien akkużat li inċita l-vjolenza, li organizza grupp ta’ aktar minn 10 persuni biex iwettaq reat, li ma obdiex ordnijiet tal-Pulizija, li nvada l-grawnd, li waddab oġġetti fil-grawnd, li offenda lill-Pulizija u Uffiċjali tas-Sigurtà, kif ukoll li hu riċediv. L-akkużat wieġeb li mhux ħati.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Trevor Micallef, filwaqt li l-Avukati David Camilleri u Joseph Gatt dehryu għall-akkużat.
//= $special ?>