Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tnejn, 25 ta’ Mejju.

IN-NAZZJON b’rapport dettaljat dwar l-għeluq tal-Kunsill Ġenerali tal-PN. Simon Busuttil isostni li l-futur tal-PN huwa l-ambjent.

Il-ġurnal TIMES OF MALTA jgħid li l-PN qed jagħmel wegħda li ma jħallix l-isfreġju f’Żonqor jibqa’ għaddej qisu xejn mhu xejn.

L-ORIZZONT bit-titlu fil-faċċata “Dan il-Gvern qed ibigħ ruħu”.

U tema differenti fil-gazzetta THE MALTA INDEPENDENT fejn naqraw illi l-eks Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit irriżenja minħabba l-mod kif mexxa l-Korp.