Lokali

“Il-Logħob tal-Kilba” – Marlene Farrugia

F’artiklu intitolat “The Hunger Games – Il-Logħob tal-Kilba” id-Deputat Laburista Marlene Farrugia tkompli titfa’ pressjoni enormi fuq il-Gvern u l-mod kif qed iżomm pożizzjoni “taż-żonqor” bil-għan li jippermetti bini f’Marsaskala f’nofs l-għelieqi.

Marlene Farrugia tikteb illi r-rabja espressa mill-poplu fl-aħħar jiem mhux biss rabja għall-proġett li se jeqred Żonqor. Hija rabja minħabba l-ħatriet li qed isiru mill-Gvern, il-meritokrazija, l-arroganza, il-proġett tal-powerstation li lanqas biss beda, u n-nuqqasijiet fis-sistema tas-saħħa.

Marlene Farrugia temmen li dak li se jiġri fil-ġimgħat li ġejjin – u allura d-deċiżjonijiet li se jkun qed jieħu l-Gvern Laburista – se jħallu marka fuq l-istorja politika. “Żonqor se jiddeċiedi”, issostni d-Deputat Laburista.