Lokali

L-AFM tassisti sajjied fix-Xlokk ta’ Malta

Tard wara nofsinhar l-AFM ġiet imsejħa biex tassisti sajjied fix-Xlokk ta’ Malta. Il-Ħelikopter tal-AFM Alouette III intbagħat fuq iż-żona biex tingħata l-ewwel għajnuna.

Il-pazjent, sajjied Malti, kien airlifted minn rescuers tal-AFM u sussegwentement trasferit fil-helipad tal-Isptar San Luqa. Ambulanza bdiet tistenna lill-pazjent hemm biex tieħdu l-isptar Mater Dei għal aktar kura medika.

Il-pazjent huwa rrappurtat li qiegħed f’kundizzjoni stabbli.