Fost l-istudenti teżisti nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-proġett tal-universita’ ġdida fiż-żona taż-Żonqor – żona kbira ODZ li se tingħata lill-investituri tal-Ġordan biex jibnuha, minkejja l-importanza ekoloġika u agrikola tagħha.
F’kummenti li ħadna liż-żgħażagħ minn diversi għaqdiet li jirrappreżentaw l-istudenti, jispikka l-fatt li Gvern Laburista qatt ma kkonsulta mal-istudenti qabel ħa d-deċiżjoni. Dan minkejja li l-istudenti huma ċentrali għall-qasam tal-edukazzjoni f’Malta.
Kliem Yanika Sant, rappreżentanta tal-istudenti, huma xhieda ta’ kemm l-istudenti ma jafux eżatt x’qed jiġri bejn il-Gvern u l-investituri tal-Ġordan.
Neil Smart Costantino, mill-Għaqda Studenti Demokratiċi, jesprimi d-diżappunt tal-istudenti li ma ġewx konsultati.
Għal Anna Vella, mill-Assoċjazzjoni tal-Istudenti Turistiċi, hu mportanti li l-ambjent mhux biss ikun preservat imma jsir iktar investiment fih.
Minn naħa tagħha Nicolette Bajada, mill-organizzazzjoni Youth 4 the Environment, tgħid li jekk il-Gvern irid hemm alternattivi oħra fejn tinbena l-Universita’.
Martina Miggiani mill-MHSA tgħid li l-għaqdiet tal-istudenti tħallew fid-dlam dwar dan il-proġett.
Tkellimna wkoll ma’ Ryan Falzon, Kummissarju Edukattiv tal-Kunsill Studenti Universitarji, li filwaqt li tenna li l-għaqdiet tal-istudenti mhux infurmati dwar dan il-proġett, esprima t-tħassib tiegħu għall-impatt ta’ din l-universita’ f’Malta.
L-istudenti kellhom l-opportunita’ li fil-granet li ghaddew jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom dwar dan il-proġett mal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.
//= $special ?>