Mozzjoni li tistabbilixxi mill-ġdid il-Kummissjoni bħala Uffiċċju tal-Parlament indipendenti mill-eżekuttiv
Il-Parlament illejla approva mill-Ewwel Qari Abbozz ta’ Liġi mressaq mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista li qed jipproponi li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbiltà (KNPD) tkun awtonoma u tkun imwaqqfa bħala Uffiċċju tal-Parlament.
L-Abbozz imressaq mid-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri u mill-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius, jemenda l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b’Diżabbiltà, u jistabbilixxi mill-ġdid il-Kummissjoni bħala Uffiċċju tal-Parlament indipendenti mill-eżekuttiv. Dan sabiex il-KNPD tkun konformi mal-prinċipji ta’ Pariġi.
B’din il-bidla li qed tipproponi l-Oppożizzjoni, il-KNPD tkun tista’ taqdi d-dmirijiet b’aktar trasparenza u effiċjenza.
L-Abbozz jipproponi wkoll li l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni tkun magħmula minn mhux anqas minn 14-il membru. Seba’ membri jinħatru minn fost dawk il-persuni li 1-Kamra jidhrilha li 1-aktar jirrappreżentaw lill-Ministeri responsabbli għall-affarijiet tal-familja, il-ħarsien soċjali, ix-xogħol, is-saħħa, 1-edukazzjoni, id-djar u 1-ippjanar ekonomiku, kif ukoll xi Ministeri oħra rilevanti. Seba’ membri oħrajn jinħatru minn fost dawk il-persuni li, fil-fehma tal-Kamra, ikunu 1-aħjar jirrappreżentaw organizzazzjonijiet volontarji li jaħdmu fil-qasam tad-diżabbiltà, wara konsultazzjoni, permezz tal-Kumitat Permanenti dwar 1-Affarijiet Soċjali, ma’ dawk 1-organizzazzjonijiet volontarji.
L-Abbozz jipproponi wkoll li l-Kummissjoni għandha tippreżenta quddiem il-Kamra, mhux iktar tard mill-15 ta’ Settembru ta’ kul1 sena, pjan ta’ ħidma, 1i jinkludi pjan finanzjarju li jkun jindika 1-attivitajiet tas-sena li ġejja.
Dan l-abbozz ta’ liġi nħadem b’kollaborazzjoni mal-Forum Opportunitajiet Indaqs tal-Partit Nazzjonalista, b’mod speċjali mas-sottokumitat inkarigat mid-Diżabbiltà.
Din il-mozzjoni hi inizjattiva oħra fil-ħidma kontinwa tal-Oppożizzjoni biex tassigura li persuni b’diżabbiltà jkollhom verament opportunitajiet indaqs fis-soċjetà.
Din hi inizjattiva oħra fil-lista ta’ mozzjonijiet li diġà ressqet quddiem il-Parlament l-Oppożizzjoni Nazzjonalista u li permezz tagħha qed turi li hi Oppożizzjoni proattiva li mhux qegħda hemm biex tikkritika, iżda anke biex tipproponi.
//= $special ?>