Futbol Sport

Logos ġodda għall-Gozo Football Association u l-kampjonati Għawdxin

Il-Gozo Football Association żvelat logo ġdid għall-kamjonati tagħha bħala parti mir-rebranding tal-assoċjazzjoni. Logo li jikkumplimenta dak tal-GFA.

Il-logo juri akkwadott li jifforma tliet arkati bħala simoli tat-tliet għoljiet ta’ Għawdex.

Is-sombolu tal-logo ġdid għandu wkoll l-għan li jirrifletti l-kompetittivita’ u prestiġju li wieħed jipparteċipa jew jirbaħ il-kampjonat.

L-istess assoċjazzjoni biddlet ukoll l-emblema tagħha bħala parti minn proċess ħolistiku li beda taħt it-tmexxija tal-President ġdid Samuel Azzopardi.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).