Internazzjonali Lokali Unjoni Ewropea

Maltin residenti fir-Renju Unit jistgħu jivvutaw fir-Referendum dwar l-UE

Iċ-ċittadini residenti fir-Renju Unit li ġejjin mill-parti kbira tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea mhux se jkunu jistgħu jivvutaw fir-Referendum dwar jekk ir-Renju Unit jibqax jifforma parti mill-UE.

Dan qalu l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Britanniku, hekk kif hu mifhum li r-Referendum inkwistjoni għandu jadotta l-istess format ta’ elezzjoni ġenerali aktar milli tal-elezzjonijiet lokali jew Ewropej.

Sadanittant, iċ-ċittadini Maltin residenti fir-Renju Unit huma eliġibbli li jivvutaw fir-Referendum, l-istess bħaċ-ċittadini Irlandiżi u Ċiprijotti, kif ukoll ir-residenti li ġejjin mill-pajjiżi tal-Commonwealth.

Illum qed isiru l-laqgħat f’Londra bejn il-Prim Ministru Britanniku David Cameron u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker.