Internazzjonali

Mumenti ta’ drama f’Tunis

It-Tuneżija għaddiet minn mumenti ta’ tensjoni kbira wara li suldat fetaħ in-nar fuq truppi oħrajn ġo bażi militari mhux ‘il bogħod mis-sede tal-Parlament fil-belt kapitali Tunis.

Ir-rapporti qalu li s-suldat spiċċa maqtul iżda mhux qabel ħalla numru ta’ feruti. Fil-każ mietu wkoll tliet Pulizija.

Sadanittant, l-awtoritajiet f’Tunis qalu li s-sitwazzjoni fil-barracks issa rritornat għall-kontroll.

Il-qawwiet tas-sigurta f’Tunis ilhom fuq alert mindu l-militanti Iżlamiċi, f’Marzu li għadda, attakkaw il-Mużew ta’ Bardo fejn kienu nqatlu 21 turisti.