Il-President Pollakk Bronislaw Komorowski ammetta t-telfa fl-elezzjonijiet Presidenzjali tal-Polonja li ntrebħu mill-kandidat konservattiv Andrzej Duda.
Skont l-ewwel exit polls, Duda kiseb maġġoranza ta’ 53 fil-mija tal-voti kontra s-47 fil-mija ta’ Komorowski. Fl-ewwel round tal-elezzjoni, Duda kien kiseb vantaġġ ċkejken fuq Komorowski iżda mhux il-50 fil-mija li kellu bżonn biex jaċċerta mill-Presidenza.
Il-President tal-Polonja għandu poteri limitati iżda hu l-Kap tal-Armata u jista’ jeżerċita l-veto fil-konfront tal-liġijiet ġodda. Ir-riżultati uffiċjali tal-elezzjonijiet għall-Presidenza tal-Polonja mistennija jingħataw aktar tard illum.
//= $special ?>