Qorti f’Ġerusalemm ikkundannat lill-eks-Prim Ministru Iżrealjan, Ehud Olmert, għal tmien xhur ħabs fuq akkużi ta’ frodi u abbuż ta’ fiduċja.
Olmert kien instab ħati waqt proċess tal-qorti ġdid li sar f’Marzu. Dan meta ngħad li l-eks-Prim Ministru Iżraeljan kien aċċetta pagamenti illegali mingħand negozjant Amerikan fi żmien meta serva bħala Sindku ta’ Ġerusalemm u Ministru tal-Kummerċ.
Proprju s-sena l-oħra, Olmert kien ikkundannat sitt snin ħabs b’konnessjoni mat-tixħim.
Intant, Ehud Olmert ċaħad li wettaq xi aġir illegali u se jibqa’ ħieles sakemm jinstemgħu l-appelli kontra l-verdetti inkwistjoni.
//= $special ?>