Żewġ fighter-jets Amerikani pprovdew skorta għal ajruplan tal-linja Air France destinat għal New York, wara li t-titjira (minn Pariġi) kienet suġġetta għal theddida anonima.
L-Uffiċjali fl-Istati Uniti qalu li xi ħadd kien ikkuntattjahom u wisshom dwar ‘theddida bl-armi kimiċi’ fuq l-ajruplan inkwistjoni. Aktar tard saret tfittxija bir-reqqa fuq l-ajruplan wara li niżel f’zona tas-sigurta fl-ajruport ta’ JFK, fi New York.
Dan waqt li l-uffiċjali sostnew li ma jemmnux ‘li t-theddida kienet waħda kredibbli’.
//= $special ?>