Lokali

Voxpop: Reazzjonijiet pożittivi għad-diskors ta’ Simon Busuttil fil-Kunsill Ġenerali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil hu Kap li qed jirnexxielu jġib aktar għaqda fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Simon Busuttil qed jirnexxielu jagħmel lill-Partit Nazzjonalista partit taż-żgħażagħ u Kap li jimlik bil-kuraġġ biex naħdmu għall-futur ta’ pajjiżna.

 

Radio 101 staqsa lin-nies kif jiddeskrivu lil Simon Busuttil wara d-diskors tiegħu biex ilbieraħ għalaq il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, bit-tema “Inkomplu Nagħmlu Differenza”. Għal ħafna, l-aktar punt li laqgħathom kien dak dwar l-Ambjent, li fuqu l-Partit Nazzjonalista jrid ifassal il-politika tiegħu għall-futur.

 

Oħrajn ikkummentaw li b’Partit Nazzjonalista mmexxi minn Simon Busuttil, hemm partit li qed jiġġedded biex juri, mhux biss bil-kliem, li hu Gvern Alternattiv u mhux biss Oppożizzjoni. Barra minhekk, qed jirnexxielu wkoll jiġbed lura lil dawk li tbegħdu mill-Partit Nazzjonalista.

 

Persuni oħrajn li tkellmu ma’ Radio 101 qalu li bid-diskors tiegħu fi tmiem il-Kunsill Ġenerali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil irnexxielu jimliehom b’kuraġġ biex il-Partit jerġa’ jkollu f’idejh it-tmexxija tal-pajjiż.