L-Ispanjol ta’ 25 sen Mikel Landa ta’ Astana rebaħ is-16-il tappa tal-Giro d’Italia minn Pinzolo sa Aprica fuq 174 km u żied mas-suċċess li kellu aktar qabel f’dan il-Giro meta daħal bi 38 sekonda vantaġġ fuq Steven Kruijswijk ta’ Lotto NL Jumbo u fuq il-lider tal-Giro Alberto Contador ta’ Tinkoff-Saxo.
Contador wera l-qawwa tiegħu meta ħa puncture madwar 60km mit-tmiem imma wettaq rimonta mill-aqwa, laħaq u ssupera lill-isfidant Taljan Aru, li kien bena 51 sekonda vantaġġ u issa għandu vantaġġ ta’ 4 minuti u 2 sekondi fuq Landa waqt li Aru niżel fit-tielet post overall 4 minuti u 52 sekonda wara Contador.
//= $special ?>