Raġel li s-Sibt li għadda ħa b’€200 fjuwil minn pompa tal-petrol fil-Gżira daħal fil-karozza tiegħu u saq mingħajr ma ħallas.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:20 meta r-raġel daħal fil-pompa tal-petrol u mela t-tank tal-karozza tiegħu kif ukoll numru ta’ jerry cans bil-fjuwil. Imma kif lesta daħal fil-karozza, taparsi biex iġib xi ħaġa u jwarrab fil-ġenb, imma minflok saq b’kemm kellu saħħa mill-post.
Wara l-istorja fuq dan is-sit sar magħruf li r-raġel kien qed isuq vettura tat-tip Honda Civic b’numru ta’ reġistrazzjoni BCA132, minkejja li fil-filmat l-aħħar ittra ma tidhirx għax hi moħbija mit-tow bar tal-karozza.
Imma filwaqt li n-numru tar-reġistrazzjoni issa hu magħruf, l-ebda vettura tat-tip Honda Civic mhi rreġistrata b’dan in-numru. Dan għaliex sar magħruf li persuna mhux magħrufa serqet il-pjanċi tar-reġistrazzjoni BCA132 minn Nissan Qasqhai ftit sigħat qabel.
Minħabba dan l-aħħar żvilupp, qed tkun diffiċli biex wieħed jiskopri min hu r-raġel li jidher fil-filmat, għalkemm ninsabu nfurmati li l-Pulizija qed jiffukaw fuq tattoos li għandu r-raġel fuq għonqu u idejh bħala dettalji ewlenin.
//= $special ?>