Lokali

FILMAT: Ir-responsabbiltà politika għandha tintrefa’ f’kull ċirkostanza

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista ssostni li għandha tintrefa’ r-responsabbilta’ politika minn dawk kollha li huma nvoluti fil-kwistjoni tal-konkos inferjuri li ntuża biex jinbena l-isptar Mater Dei.

Dan saħqitu s-Shadow Minister għas-Saħħa Claudette Butugieg waqt il-programm Reporter, tat-Tnejn, li flimkien mal-Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi ddiskuta l-isptar Mater Dei.

Claudette Butigieg tkellemt dwar x’kienet l-ewwel reazzjoni tal-Oppożizzjoni mal-ewwel darba li faqqgħet il-kwistjoni. Hi spjegat kif meta fegget l-aħbar, f’Settembru tal-2014, il-Partit Nazzjonalista permezz tal-kelliem tas-sahha, dak iż-żmien Claudio Grech, ħareġ stqarrija fejn fiha qal li l-gvern għandu jiddiskuti l-kwistjoni fil-Parlament kemm b’mod urġenti anke fil-kumitat tas-saħħa fi ħdan il-Parlament. L-istess appell minn naħa tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista reġa’ sar fil-5 ta’ Settembru 2014.

Waqt il-programm xxandar anke parti mid-diskors li għamel il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, dwar il-kwistjoni. Meta qal li l-Awtoritajiet għandhom jaraw min ta l-approvazzjoni biex jintuża l-konkos li ntuża, min użah u min kien jaf li se jintuża konkos inferjuri, biex dawk kollha nvoluti għandhom jinżammu responsabbli. Iżda, kompla jgħid Simon Busuttil, l-gvern m’għandux l-ewwel jitfa’ t-tajn biex idawwar l-attenzjoni tal-poplu minn fuq il-kwistjoni taż-Żonqor, imbgħad wara li jagħmel l-allegazzjonijiet u jħammeġ lin-nies, ma jsir xejn.

Ix-Shadow Minister tas-Saħħa Claudette Butigieg qalet li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista fir-responabilta’ politika li għadha tintrefa’ minn min hu responsabbli, f’kull kwistjoni u kien hawn fejn semmiet l-power station ġdida li Konrad Mizzi wiegħed, flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat, u li qegħda off track. Proġett li għalih għandu jerfa’ r-responsabbilta’ l-Ministru Konrad Mizzi biex b’hekk ir-responsabbilta’ politika tkun tapplika għal kulħadd u mhux għal min irid Gvern Laburista kompliet tispjega Claudette Butigieg. Hi semmiet anke t-€13,000 li poplu qed iħallas fix-xahar lill-mara tal-istess ministru, Konrad Mizzi u staqsietu jekk jafx verament fejn qegħda. F’dan il-punt Konrad Mizzi deher skomdu u rrabjat meta rrisponda lura. Waqt il-programm Reporter issemma anke dak li qed isostni l-gvern dwar li nħeba kuntratt fis-safe, mill-eks Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Bix-Shadow Minister għas-saħħa tgħid li l-kuntratt tant kien importanti li l-Kap Eżekuttiv tal-FMS, żammu fis-safe. “Ismu miegħu Ministru, safe, to keep things safe under lock and key. That s how important the document was”- Claudette Butigieg.
Claudette Butigieg u anke l-Ministru Konrad Mizzi qablu li f’dan
kollu għandu xi jwieġeb anke John Dalli li fl-2009 kien il-Ministru tas-saħħa u kif qalet Claudette Butigieg il-persuna li qegħed il-konkos f’Mater Dei kien jiġi minn John Dalli, eżattament ħuħ.

Ix-Shadow Minister għas-saħħa tkellmet anke fuq punt ieħor relatat mal-isptar Mater Dei billi staqsiet lill-Ministru kemm mietu nies fil-kuridur tal-emerġenza u minn dak li weġibha fil-Parlameent, Konrad Mizzi qal tnejn, meta fil-verita’ mietu sitta. Bil-Ministru jwieġeb waqt il-programm li n-nies imutu fejn imutu l-aqwa li jingħataw il-kura.

Matul il-programm Reporter, f’mument minnhom il-Ministru Konrad Mizzi deher jgħaddi r-rapport dwar il-konkos f’Mater Dei lix-Shadow Minister Claudette Butigieg. Dokument li waqt l-istess programm il-Ministru talbu lura.

Intant b’rabta ma dak l-intqal waqt il-programm Reporter minn Claudette Butugieg, permezz ta’ e-mail bl-indirizz ta’ John Dalli, ħuħ Bastjan Dalli, sostna li hu ssupplixxa biss ammont żgħir ta’ konkos biex intuża fil-bini tal-Isptar Mater Dei.

Bastjan Dalli qal li hu ssupplixxa l-konkrit lil wieħed mis-subcontractors li miegħu kien ilu jaħdem is-snin

Fl-istqarrija tiegħu hu kompla jgħid li fl-1996 qatt ma ssupplixxa waħdu konkrit għall-proġett ta’ Mater Dei. Dan hekk kif dejjem kien hemm kuntratturi oħra li pprovdew konkrit. Qal wkoll li qatt ma ssupplixxa konkrit għal Mater Dei wara l-1996 u li qatt ma kien subcontractor fil-proġett.