L-attakkant Messikan Javier Hernandez se jkun qed jirritorna ma’ Manchester United hekk kif Real Madrid ma ħadux l-għażla li kellhom li jixtruh wara li kien magħhom b’self.
Il-plejer ta’ 26 sena sieħeb lil Real f’Settembru b’self sa tmiem l-istaġun.
Huwa skorja disa’ darbiet fi 33 logħba mal-klabb Spanjol.
Hernandez li lagħab 154 logħba ma’ United u skorja 59 gowl għandu kuntratt ma’ United sal-2016 għalkemm Van Gaal mhux mistenni li jżommu u jista’ jinbiegħ dan is-sajf.
//= $special ?>