Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti tal-lum it-Tlieta, 26 ta’ Mejju.

IN-NAZZJON jgħid li hemm konflitt ta’ interess fl-inkjesta dwar il-konkos użat fil-bini tal-Isptar Mater Dei.

THE MALTA INDEPENDENT bi storja dwar ir-rappreżentanza f’Malta tal-Kummissjoni Ewropea li għadha mingħajr Kap f’pajjiżna.

L-ORIZZONT jippubblika ritratt tax-xogħlijiet li għaddejin fil-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan fejn qed jitpoġġa ramel ġdid qabel il-bidu tal-istaġun tas-Sajf.

THE TIMES OF MALTA tirrapporta l-inkwiet tal-MHRA dwar il-pjan żvelat fl-aħħar jiem għall-Airmalta, li mistenni jwassal biex il-flotta tal-ajruplani tonqos.