Lokali Parlament

Il-Gvern f’silenzju dwar it-13-il persuna li ħadu ċ-ċittadinanza

Il-Gvern jerġa’ jaħbi l-informazzjoni

Il-Gvern ma qalx minn fejn huma t-13-il applikant li ħadu ċ-ċittadinanza Maltija. Lanqas ma ta informazzjoni dwar kemm ħallsu u lil min ħallsu.

Fil-Parlament, il-Ministru Carmelo Abela naqas li jwieġeb mistoqsijiet diretti tad-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo dwar it-13-il applikant li kkonkludew il-proċess tal-IIP u ħadu ċ-ċittadinanza Maltija.

Lanqas ma qal liema bank intuża għal dawn il-pagamenti u kemm tħallsu kummissjonijiet fuq dawn it-13-il applikant.

Id-Deputat Nazzjonalista lanqas ma ngħata tweġiba dwar jekk dawn it-13-il applikant li ħadu ċ-ċittadinanza Maltija ġewx wara roadshows mill-Prim Ministru Muscat.

Għal dawn il-mistoqsijiet ta’ Robert Arrigo, il-Ministru Carmelo Abela wieġeb biss li l-informazzjoni li tista’ tingħata skont il-liġi, se tingħata fil-mument opportun.