Għat-23 edizzjoni tal-Airshow internazzjonali ta’ Malta li se ssir nhar is-Sibt 26 u l-Ħadd 27 ta’ Settembru, ħabbru l-parteċipazzjoni tagħhom il-Belġju, l-Greċja ir-Rumanija, l-Italja u l-iŻvizzera.
L-F16 tal-qawwa tal-Ajru Belġjan, magħruf ukoll bħala Fighting Falcon se jagħti dimostrazzjoni tal-kapaċità impressjonanti ta’ dan l-ajruplan. Dan se jkun ritorn mistenni ferm mid-dilettanti tal-avjazzjoni militari wara l-parteċipazzjoni tal-istess ajruplan fl-Airshow ħames snin ilu.
Il-Greċja, li ser tieħu sehem fl-Airshow għat-tieni darba ser tibgħat żewġ jets, Mirage 2000 għall- wirja statika.
Il-ħelikopter AB-212, bbażat f’Ħal-Luqa, ser ikun qiegħed jirrapreżenta il-Missjoni Militari Taljana f’pajjiżna.
Għall-ewwel darba d-dilettanti tal-avjazzjoni se jaraw ukoll il-parteċipazzjoni tar-Rumanija permezz tal C-27J Spartan tal-qawwa tal-ajru Rumena. Din se tkun ukoll l-ewwel darba li l-Airshow se tinkludi dan it-tip ta ajruplan fost l-attrazzjonijiet.
Dawk kollha li jħobbu jaraw preċiżjoni fl-ajru ma jistgħux jitilfu l-opportunita`li jgawdu l-parteċipazzjoni tat-team Żvizzeru PC-7. Il-Piloti, l-aqwa tal-qawwa tal-ajru Svizzera, se jagħtu wirja fl-ajru waqt l-Airshow. Filwaqt li dan it-tim diġa kien ġie f’pajjiżna din se tkun l-ewwel darba li din il-wirja se tinkludi d-duħħan li se jservi ta evidenza tal-ħiliet tal-piloti.
//= $special ?>