Bejn Jannar u Marzu kien hemm inċident fatali wieħed fuq il-post tax-xogħol, l-istess bħal fl-ewwel tliet xhur tal-2014, waqt li t-talbiet għall-kumpens naqsu b’6.2%.
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena kien hemm 670 persuna li kellhom inċident fuq il-post tax-xogħol imma t-talbiet għall-kumpens naqsu b’44.
Il-parti l-kbira tal-inċidenti mhux fatali seħħew fil-qasam tal-manifattura, segwiti mill-kostruzzjoni imbagħad is-settur tat-trasport u l-imħażen. Imqabbel ma’ sena qabel, l-inċidenti naqsu b’40 fis-settur tal-manifattura imma żdiedu bi 23 fis-settur tas-saħħa u social work.
24.9% tal-inċidenti seħħew fost dawk li jagħmlu xogħol ta’ snajja’ u 24.5% oħra fost dawk ta’ xogħlijiet elementari. B’kollox kien hemm 422 każ li wassal għal feriti superfiċjali u 134 każ ta’ diżlokazzjoni jew inċidenti li affettwaw l-artikolazzjoni. Kważi nofs l-inċidenti affettwaw is-subgħajn jew l-idejn.
32.4% tal-inċidenti seħħew f’kumpaniji li jħaddmu 500 persuna jew iktar.
//= $special ?>